Vann tad-Direttorat tat-Tindif spiċċa vampa waħda waqt li kien qed jinstaq fil-Marsa-Ħamrun bypass. Dan ġara għall-ħabta tal-10.25 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa, il-vann ħa n-nar.
Issejħu l-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili fuq il-post fejn taw l-ewwel għajnuna tagħhom u kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.