Reġgħu nfetħu l-umbrelel f’Ħaż-Żabbar hekk kif it-temp reġa’ ppermetta.
Ftit tal-jiem ilu l-1,500 umbrella kienu ngħalqu wara li r-rapport tat-temp bassar li se jkun ħafna riħ.
L-umbrellel saru b’rabta mal-avveniment Croassroads li qed jittella’ llum bis-saħħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.
Din l-idea kreattiva saret bil-kollaborazzjoni tal-Grupp Armar, is-Soċjetà Filarmonica Maria Mater Gratae u l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikel.
Idea li niżlet għasel ma’ bosta Maltin u anke barranin li żaru dawn l-umbrelel u ħadu r-ritratti bħala tifkira.