Fi tmiem din il-ġimgħa ż-Żebbuġin jiċċelebraw il-festa titulari tagħhom ta’ San Filep.
U la qed isemmi l-Ħaż-Żebbuġ ma jonqosx l-ispettaklu tan-nar tal-art fil-jumejn ta’ qabel il-festa.
Bi ftehim il-Ġimgħa jaħarqu n-nar tal-Art, l-Għaqda tan-Nar San Filep filwaqt li s-Sibt filgħaxija dawk tat-12th May.
Madankollu din is-sena ser tiżboq lil ta’ qabilha f’ dak li għandu x’ jaqsam ma’ innovazzjonijiet fejn fost oħrajn ser isiru l-ewwel żewġt irdieden li jaħdmu bil-muturi sikronizzati mal-mużika.
Shaun Agius il-moħħ wara dawn iż-żewġ irdieden jgħid x’wassal sabiex id-dilettanti għażlu li jagħmlu din l-innovazzjoni.
Iżda apparti dawn iż-żewġt irdieden il-Ġimgħa filgħaxija wieħed ser ikun jista jsegwi wkoll għadd ta’ rdieden oħra mekanizzati kif jgħid George Mifsud li jieħu ħsieb in-nar tal-art.
Il-qofol tal-logħob tan-nar jintlaħaq is-Sibt filgħaxija b’ħarqa nar tal-ajru kif jispjega il-Kap tal-Kamra tan-Nar San Filep Lawrence Schembri.
B’dan il-programm iż-Żebbuġin mistennija jiċċelebraw bil-kbir il-festa ta’ din is-sena li tkun miżgħuda bil-brijju tal-marċ tal-Ħadd filgħodu flimkien mal-purċissjoni bl-istatwa unika tal-Fidda mastizz ta’ San Filep.