Miet b’kawża naturali, ir-raġel ta’ ħamsa u tletin sena mill-Mali li l-Ħamis filgħodu nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
One.com.mt jinsab informat li mill-awtopsja li saret dalgħodu, irriżulta li r-raġel miet kawża ta’ trombożi.
Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tal-Ħamis filgħodu, li nstab raġel ta’ ħamsa u tletin sena, ta’ nazzjonalità barranija, bla ħajja ġewwa ċ-ċella tiegħu.
Mamadou Sakine ta’ ħamsa u tlettin sena kien qed jinżamm il-ħabs akkużat bi stupru ta’ mara ta’72 sena, fejn kien tressaq nhar it-tnax ta’ Mejju tas-sena l-oħra.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li l-katavru ma għandu l-ebda sinjali ta’ vjolenza fuqu u kif ukoll ma’ nstabu l-ebda sustanzi llegali fejn saret tfittxija fil-preżenza tal-maġistrat inkwirenti.
Intant b’ rabta ma’ din is-sejba ta’ dalgħodu l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud qed imexxi inkjesta fejn ħatar bosta esperti biex jassistuh.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-każ għadha għaddejja filwaqt li l-Ġimgħa filgħodu mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavru.