F’laqgħa bejn il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-President tal-Litwanja Dalia Grybauskaite, tkellmu fost l-oħrajn dwar il-ħidma tal-Kunsill tan-Nisa Mexxejja Dinjija (The Council of World Women Leaders) li tiegħu l-President Coleiro Preca hi membru u li hu mmexxi mill-President Grybauskaite.
Fuq livell bilaterali, il-President Coleiro Preca u l-President Grybauskaite tkellmu dwar inizjattivi ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejniethom.
Il-Presidenti tkellmu wkoll dwar issues kurrenti Ewropej fosthom il-fondi ta’ koeżjoni.
Il-laqgħa saret fil-Palazz Presidenzjali f’Vilnius, il-belt kapitali tal-Litwanja.
Ritratt: OPR