B’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kumitat għat-Tisħiħ tad-Demokrazija, il-gvern qal li għandu mandat elettorali biex iressaq proposti li jwasslu sabiex ikun hemm aktar bilanċ bejn is-sessi fil-politika.
Wara 71 sena ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, il-preżenza baqgħet minima.
Dan il-kumitat hu wieħed intern tal-gvern u nħatar biex jiskatta l-proċess ta’ diskussjoni.
L-istqarrija tgħid li dan il-gvern jemmen li b’aktar nisa fil-politika tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva, u jistieden lill-Oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili flimkien ma’ stakeholders oħra biex jagħtu s-sehem tagħhom la tibda din id-diskussjoni.
Hu dan il-proċess li għandu jwassal għar-riformi ladarba din id-diskussjoni tibda.