MSC Seaview, l-aħħar ġojjell tal-flotta tal-MSC Cruises se jkun varat f’Genoa is-Sibt 9 ta’ Ġunju minn Sophia Loren, attriċi tal-films u parrina tal-MCS Cruises mill-2003, f’ċerimonja ppreżentata minn Michelle Hunziker, preżentatriċi fuq l-istazzjonijiet Taljani, attriċi, mudella u kantanta li tirrifletti l-ispirtu internazzjonali tal-MSC Cruises. MSC Seaview wara se jsalpa lejn Malta biex jgħaxxaq bl-eleganza tiegħu l-Port il-Kbir ta’ Malta kull nhar ta’ Erbgħa.. MSC Seaview se jġib aktar minn 120, 000 passiġġier f’Malta bejn Ġunju u Novembru se tkun qed iddur il-Mediterran. Aktar minn 5,000 passiġġier Malti u Għawdxi se jivvjaġġaw fuqu din s-sena madwar il-Mediterran fi cruise minn Malta għal Malta.
MSC Seaview itajjar bandiera Maltija filwaqt li kull cruise liner ġdid tal-MSC Cruises huwa reġistrat Malta.
MSC Cruises hija fost l-aktar flotot magħrufa fid-dinja u tibgħat eluf ta’ passiġġieri lejn Malta. MSC Cruises bagħtet aktar minn 270, 000 passiġġier abbord il-cruise liners lussużi tagħha lejn Malta fl-2017.
MSC Seaview se jinawgura l-istaġun tas-sajf tiegħu fil-Punent tal-Mediterran, fejn l-esperjenza tal-MSC Cruises tisboq lir-rivali tagħha. Vaganza mal-MSC Cruises hija perfetta għall-iskoperta ta’ kulturi differenti u t-togħmiet kulinarji. Il-passiġġieri jesperjenzaw is-sbuħija tal-Mediterran fl-istil uniku tal-MSC Cruises. MSC Seaview se jżur destinazzjonijiet popolari fil-Mediterran li jinkludu Barċellona, Marsilja, Napli, Messina u Valletta, waqt li l-passiġġieri jgawdu minn għażla wiesa’ ta’ attivitajiet u eskursjonijiet li jgħinuhom jiskopru r-reġjuni differenti li fihom jieqaf il-vapur.
Ispirat minn kunċett ġdid, MSC Seaview iqarreb lill-passiġġieri lejn il-baħar, permezz ta’ elementi ta’ disinn speċjali li jużaw għall-massimu t-temp sħun tal-Mediterran. Il-passiġġieri jistgħu jqattgħu l-ħin jieklu fuq barra tal-vapur, jixorbu u jirrilassaw fix-xemx u bl-isbaħ xenarji tal-baħar Mediterran. Il-passiġġieri għandhom l-opportunita` jagħżlu minn għadd miżjud ta’ kmamar bit-terrazzin, bil-vista tal-baħar u b’żoni pubbliċi, ippjanati sal-anqas dettall biex jiċċelebraw għal massimu d-dawl tax-xemx u l-baħar.
MSC Seaview għandha l-kapaċita` ttella’ 5, 119 passiġġier, 1413 membri tal-ekwipaġġ, hija t-tieni mega cruise liner ġdid mill-flotta tal-MSC Cruises tal-ġenerazzjoni l-ġdida.
Cruise fuq MSC Seaview jfisser dawra mal-Mediterran b’eleganza, il-ħolqien ta’ emozzjonijiet uniċi li ma jintesew qatt, permezz ta’ skoperti ta’ kulturi dinjija differenti, ġmiel, u togħmiet ġodda. Il-flotta tal-MSC tlaħħaq mal-15-il vapur modern: MSC Seaview, MSC Seaside, MSC Meraviglia, MSC Preziosa, MSC Divina, MSC Splendida, MSC Fantasia, MSC Magnifica, MSC Poesia, MSC Orchestra, MSC Musica, MSC Sinfonia, MSC Armonia, MSC Opera u MSC Lirica.
Hamilton Travel Co. Ltd. ta’ 4, St. Publius Street, Floriana huwa s-sieħeb strateġiku tal-MSC Cruises f’Malta u jipprovdi l-opportunita` lil eluf ta’ passiġġieri jesperjenzaw l-vapuri tal-MSC Cruises minn Malta u minn portijiet oħra fl-Ewropa. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21241292 jew www.hamiltontravel.com.mt