Ġuvni ta’ 17-il sena ġie arrestat mill-pulizija fil-Polonja wara li allegatament tajjar u qatel ċiklist fil-Polonja.
L-inċident seħħ il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-17.00pm fi Triq Powsińska fil-Varsavja.
Rapporti tal-midja fil-Polonja qalu li x-xufier Malti ta’ 17-il sena li kien qed isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan, tilef il-kontroll tal-vettura f’liwja bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fiċ-ċiklist ta’ 77 sena li miet fuq il-post.
Il-Malti kien qed isuq karozza tal-għamla Mercedes u ma jidhirx li kien taħt influwenzi ta’ xorb jew droga.
Huwa ġie arrestat mill-Pulizija Pollakka u mistenni jitressaq il-qorti mixli bil-qtil tal-Pollakk.