Ħdax-il persuna ngħataw il-warrat bħala psikoloġisti. Dan hekk kif wara snin ta’ studju issa se jibdew jaħdmu ma’ persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna jew il-pariri tagħhom.
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qassam il-warrants lil dawn il-psikoloġisti l-ġodda.
Falzon tkellem dwar l-importanza tal-professjoni tagħhom u r-responsabilitajiet li jgorr magħha. Hu appellalhom biex dejjem jimxu skont l-istandards u regoli tal-professjoni.
Il-Ministru Michael Falzon awguralhom kull suċċess f’din il-karriera ta’ psikoloġisti.