Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw magħna li r-ritorn tal-midfielder internazzjonali Malti Paul Fenech ma’ Birkirkara FC huwa imminenti.
Fenech, li kien il-captain ta’ Balzan FC matul l-istaġun li għadda, lagħab għal kważi tmien staġuni konsekuttivi ma’ Birkirkara FC. F’Jannar tal-2015 huwa kien ħalla lill-istripes biex ingħaqad ma’ Balzan FC.
Huwa mifhum li kienet ix-xewqa tal-amministrazzjoni u l-kowċ ta’ Birkirkara FC Paul Zammit, li Paul Fenech jerġa’ jingħaqad lura mat-tim fejn magħhom diġà rebaħ kampjonat u anke l-FA Trophy.