Theresa u Ġużeppi, koppja anzjana mill-Qrendi li ilhom miżżewġin 62 sena u meta l-paġna ta’ The People of Malta waqfet titkellem magħhom, sostnew “Jalla nibqgħu mqar sa 100 sena oħra flimkien.”
Li jkollok relazzjoni ma’ persuni mhix dejjem ward u żahar u li tagħmel 62 sena u aktar mal-istess bniedem, titqies bħala xi ħaġa sabiħa iżda kif ilhom daqshekk flimkien? Theresa u Ġużeppi spjegaw kif it-tnejn li huma jieħdu paċenzja b’xulxin.
Huma rrakkontaw ukoll li kif meta kienu għarajjes, il-ħarġa tagħhom kienet tkun sal-pjazza b’missierha dejjem kien ikun isegwi faċċata tagħhom. Mat-20:00 ta’ filgħaxija, missier Theresa kien ikellem lil Ġużeppi u jgħidlu li wasal il-ħin biex jitlaq lura lejn iż-Żurrieq. Hi spjegat kif id-dixxiplina sabiħa iżda kif forsi dak iż-żmien kienet ftit iżżejjed.
Theresa semmiet ukoll kif kellhom żewġt itfal iżda wieħed minnhom miet meta kellu 36 sena. Spjegat kif għalkemm għaddew 19-il sena, il-weġgħa tibqa’ tal-omm xorta tibqa’ għal dejjem hekk kif it-tfal huma mal-qalb.