Il-Ministru Taljan il-ġdid għall-Intern Matteo Salvini, waqt li kien fi Sqallija, qal li l-gżira għandha tieqaf tkun il-kamp tar-refuġjati tal-Ewropa.
Il-mexxej tal-Lega qal li l-pjanijiet tal-gvern fuq l-immigranti ma kienux ħorox imam sens komun.
Spjega kif iktar tluq tal-immigranti u limitazzjoni fuq wasliet ġodda se jwasslu biex ikunu salvati l-ħajjiet.
Madanakollu, il-kritiċi tefgħu id-dubji tagħhom fuq kemm huma fattibbli l-pjanijiet ta’ Salvini.