F’kunċert f’Amsterdam il-kantanta ta’ fama kbira, Adele, għamlet referenza għad-diska Walk on Water li Ira Losco kantat fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision. Jidher li din kienet ir-reazzjoni ta’ Adele għall-preżenza ta’ Maltin fl-udjenza. Ma setax jonqos li l-manager ta’ Ira, Howard Keith Debono, jkun sodisfatt u b’ton ta’ xi ftit ċajtier ukoll kiteb “iċ-ċekk mat-triq.”