Raġel ta’ 39 sena minn San Ġiljan ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5000 wara li kien akkużat li waddab inkwatru lill-kunjata u li weġġa ħafif lil bintu ta’ ħdax il-sena.
Fil-Qorti ġie stabbilit kif qam argument minħabba xi allegata infedeltà bejn il-koppja li wassal biex ir-raġel jiġbed lil bintu minn idha fejn ikkawżala xi ġrieħu u wara li mar wara martu fid-dar ta’ ommha,waddab inkwatru li bih laqat lil-kunjata u kisrilha imniħira.
L-avukat difensur qal li minkejja li ġieli kien hemm xi argumenti fid-dar, qatt ma’ kien hemm vjolenza. Għaldaqstant l-akkużat m’ ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih.