It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab it-tieni logħba ta’ ħbiberija tiegħu għal din il-ġimgħa meta fil-19.00 jaffaċċja lil Ġorġja. It-tim Malti ġej minn riżultat pożittiv wara li nhar it-Tlieta, f’logħba oħra ta’ ħbiberija, t-tim Malti irnexxilhom jieħdu draw kontra l-Armenja.
Minkejja dan ir-riżultat, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia qed jitlob lill-plejers sabiex jżommu saqajhom mal-art. Ġorġja qed jitqiesu bħala oppożizzjoni b’saħħitha ħafna anke għall-fatt li jinsabu fil-95 post fir-rankings tal-FIFA.
Malta u l-Ġorġja lagħbu kontra xulxin tmien darbiet bit-tim Malti jirnexxielu jirbaħ darba, 1 – 0 fl-2009 f’partita ta’ ħbiberija.
Ritratt: Paul Zammit Cutajar