Fil-bajja tar-Rinella il-Ministru għat-Trasport Ian Borg nieda l-kampanja Fuq il-Baħar Kun Prudenti. Din il-kampanja għax-xhur tas-sajf hija ntiża li tindirizza l-isfidi li jġib miegħu l-istaġun tas-sajf.
B’koperazzjoni ma’ Transport Malta u mal-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq, din il-kampanija għanda l-għan li tinforma u teduka lil dawk kollha li se jkunu qed jużaw xi opra tal-baħar matul dan is-sajf. Dan l-għan se jiġi milħuq billi fost l-oħrajn jkun magħruf li m’għandu jkun hemm l-ebda użu ta’ sustanzi illegali waqt li tkun qed tinstaq xi opra tal-baħar, kif ukoll għarfien dwar il-limitu tal-veloċità fuq il-baħar.
Il-Ministru Borg tkellem ukoll dwar l-ispezzjonijiet li qedgħin isiru fuq il-baħar. Matul l-2017 żdiedu b’ammont konsiderevoli l-ispezzjonijiet li laħħqu it-890 spezzjoni. Sfortunatament, f’590 minnhom instab xi tip nuqqas jew ma ġewx segwiti ir-regolamenti. Din is-sena, għalkemm l-istaġun għadu ma bediex uffiċjalment, diġa saru 260 spezzjoni. Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon li n-numru ta’ spezzjonijiet dejjem qiegħed jiżdied.