Nhar is-Sibt li ġej 2 ta’ Gunju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkun qed torganizza il-Finali Autocross Modified tat-tiġrija li saret fis-26 ta’ Novembru 2017 minhabba li kien twaqqaf il-program. Il-finali ta’ nhar is-Sibt jibda fis-6.00pm u d-dħul huwa b’xejn.
Il-Finalisti huma f’din l-ordni:- Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Gordon Johnson fuq Opel Corsa, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova.
Sadinitant nhar is-Sibt li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat it-tmien attivta mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 fejn b’kollox irreġistraw 14 il-mutur maqsuma fit-tlett klassijiet u kellna dawn ir-rizultati.
Fil-Motocross Klassi A rajna lil Paul Muscat fuq Yamaha jirbaħ din il-klassi segwit min Kyle Camilleri fuq KTM li daħal fit-tieni post filwaqt li fit-tielet spiċċa Clayton Camilleri fuq KTM.
Fil-Motocross Klassi B rajna lil Michael Sant fuq Husqvarna jirbaħ din il-klassi segwit min Clinton Calleja fuq Yamaha. Fil-Klassi Veterans rajna lil Jetro Sant fuq Yamaha jirbaħ din il-Klassi segwit min Paul Deguara fuq KTM filwaqt li fit-tielet post spiċċa William Sant fuq Honda.