Il-Kumpanija tal-apparat ċinematografiku DJI għażlet numru ta’ siti minn madwar Malta sabiex tużaħom fir-reklam uffiċjali tagħha tat-tnedija ta’ prodott ġdid tagħhom.
F’dan il-filmat li mal-ewwel ftit siegħat li ntwera rawh aktar minn 21,000 elf ruħ minn madwar id-dinja jispikkaw ix-xeni pittoreski tat-toroq tal-Mdina kif ukoll il-veduta tal-Belt Valletta mill-Port ta’ Marsamxett. Ix-xenarju tal-baħar Malti ma naqasx b’diversi filmati miġbuda minn Għajn Tuffieħa u l-irdumijiet li jdawwru l-kosta Maltija.