Waqt żjara statali f’pajjiżna il-Prim Ministru tal-Maċedonja Zoran Zaev ltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat fl-uffiċċju tiegħu ġewwa Kastilja. Għal din iż-żjara il-Prim Ministru Muscat laqa’ lil Zaev fi Pjazza Kastilja fejn flimkien assistew għad-daqq tal-innijiet taż-żewġ pajjiżi mill-Banda tal-Fozi Armati ta’ Malta.
Wara, huma daħlu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ġewwa l-bini ta’ Kastilja fejn iddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Ritratti: DOI