Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ trakkijiet u karozza fis-Siġġiewi.
Jidher li l-vettura tat-tip Renault Megan kellha impatt ma’ vann wieqaf, u b’konsegwenza ta’ dan, tkaxkret madwar 30 metru tul it-triq u kellha mpatt ma’ trakk ieħor.
Fuq il-post issejħu ambulanza u tim mediku sabiex ħadu lix-xufier tal-karozza l-isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.