llejla it-tim nazzjonali Malti se jilgħab l-ewwel partita ta’ħbiberija tiegħu minn tnejn skedati għal din il-ġimgħa taħt it-tmexxija il-ġdida tal-kowċ Ray Farrugia u l-assistent tiegħu Branko Nisevic. Bħalissa t-tim Malti jinsab fl-Awstrija għal training camp li ser iservi ta’ preparazzjoni għal-logħbiet minn Grupp D3 tal-UEFA Nations League fejn Malta trid tilgħab kontra Azerbaijan, Faroe Islands u Kosovo.
It-tim Malti illejla fil-19.00 jilgħab kontra l-Armenja. Kontra l-Armenja Malta lagħbet ħames darbiet fejn tilfet tlett logħbiet ta’ ħbiberija 1 – 0 filwaqt li t-tim Malti tilef logħba u rebaħ ohra 1 – 0 f’logħbiet ta’ kwalfikazzjoni.
Ray Farrugia għażel skwadra b’taħlita t’esperjenzi fejn ser jagħti opportunità lil uħud mill-plejers li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena flimkien ma’ oħrajn veterani.
It-tieni logħba ta’ ħbiberija tintlagħab nhar il-Ġimgħa kontra l-Georgja.
Ritratt: Paul Zammit Cutajar