Il-Malta Developers Assosciation appellat lill-kuntratturi Maltin li huma involuti fix-xogħlijiet tat-toroq sabiex iħejju tajjeb għan-numru kbir ta’ proġetti li mistennija jibdew b’rabta mal-bini ġdid tat-toroq u l-infrastruttura tagħhom. Dan sabiex ix-xogħol ikun jsta’ jsir bl-aktar mod professjonali u jitlstew fiż-żmien stipulat.
L-MDA qalet ukoll li bi preparazzjoni tajba, l-kuntratturi lokali għandhom ikunu lesti sabiex ilaħħqu mad-domanda ta’ xogħol, li skond l-MDA, Malta qatt ma rat bħalha. L-Assocazzjoni sostniet ukoll li dawn il-proġetti se jkunu qed jaghmlu d-diferenza pożittiva fil-kwalità li bhalissa Malta għandha bzonn biex tegħleb il-problemi kurrenti tat-traffiku. L-MDA rringrazzjat ukoll lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg li qiegħed imexxi dan is-settur b’ritmu tajjeb.
Hi qed tilqa’ b’sodisafzzjon iż-żamma tal-wegħda elettorali tal-Partit Laburista dwar it-toroq u l-investiment li huwa relatat ma dawn il-proġetti. L-MDA laqgħet ukoll l-aħbar fuq proġetti kbar ta’ titjib ta’ l-infrastruttura fit-toroq ewlenin, partikolarment fil-Marsa u fil-parti ċentrali ta’ Malta.