Id-difensur laterali taljan Thomas Veronese li fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Mosta FC mistenni jiffirma kuntratt ta’ tlett snin illum ma’ Gżira.
Veronese, li għandu 31 sena, kien wieħed mill-aħjar difensuri barranin fil-pajjiż matul l-istaġun li għadda u kien għalhekk li ġibed l-interess ta’ bosta klubs bil-Maroons jirnexxilu jiksbu l-firma tiegħu.
Plejer ieħor li ser jkun qed jħalli lil Hibernians FC u jingħaqad ma’ Gżira huwa l-attakant Jorge Pereira Da Silva magħruf aħjar bħala Jorginhio.
Sorsi viċin din il-paġna qalulna li l-plejer ser jiffirma ma’ Gzira iktar tard illum wara nofsinhar. Jorginhio, li għandu 32 sena, huwa wieħed mill-aqwa attakanti li lagħab f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin u bla dubju l-inklużjoni tiegħu fl-iskwadra tal-kowċ Darren Abdilla ser tkun ta’ importanza kbira għall-istaġun li ġej kif ukoll għal logħob ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.