Wara l-vot dwar l-IVF fil-Parlament nhar l-Erbgħa li għadda Therese Comodini Cachia m’attendietx il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista ftit wara. Kif żvelat din il-gazzetta ġimgħat ilu dak li kellu jkun vot ħieles ma kien vot ħieles xejn għal diversi raġunijiet. Fosthom fil-Parlament ma kienx iddikjarat li l-Partit Nazzjonalista kien qed jagħti vot ħieles.
Din il-gazzetta hija infurmata li Therese Comodini Cachia ma telgħetx għall-konferenza tal-aħbarijiet minkejja li David Agius, il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit, beda jgħajtilha biex tmur. Mhux magħruf x’seta’ kellha Comodini Cachia iżda s-sorsi tagħna fakkruna li din kienet l-iktar voċifera meta Adrian Delia ressaq mozzjoni biex iċaħħad il-leave lil dawk li jagħmlu IVF barra minn Malta.
IVF li jagħmluh barra, fost oħrajn minħabba li Malta ma nagħtux servizzi li llum huma proposti bl-emendi fil-liġi. Saħansitra meta kienet qed tiġġieled kontra l-mozzjoni ta’ Delia f’Diċembru li għadda Comodini Cachia kienet qalet li free vote u mhux hi kienet se tivvota kontra.