Il-problemi psikoloġiċi waqt it-tqala jaffettwaw numru kbir ta’ nisa kull sena. F’pajjiżna huwa stmat li mara minn kull erbgħa tesperjenza sintomi ta’ ansjetà u dipressjoni waqt u fl-ewwel ftit xhur ta’ wara t-tqala.
Waħda minn kull erba’ nisa tbati minn perinatal anxiety u depressive mood disorder u hija importanti li mara tkun taf li dawn is-sintomi jistgħu jiġru. Hija ħaġa li hemm ħafna stigma għax inti tqila u għax ħa jkollok baby trid tkun ferħana imma fir-realtà nafu illi dawn is-sintomi jistgħu jiġru waqt it-tqala u anka wara.
Dr Felice spjegat li jekk mara tesperjenza dawn is-sintomi għandha tirrikorri għall-għajnuna. L-ewwel trattament li tirċievi huwa terapija mingħand psikologi speċjalizzati fil-qasam madankollu f’ċerti każi l-mara jkollha bżonn tingħata wkoll trattament mediċinali li ma jagħmilx ħsara lit-tarbija fil-ġuf.
Mara li diġà qiegħdha fuq il-kura m’għandha qatt taqta’ l-pilloli waħedha jekk hi ma tkellimx lit-tabib tagħha meta ssir taf li hija tqila.
F’każ li tesperjenza dawn is-sintomi il-mara għandha tkellem immedjatament lit-tabib tagħha jew lill-professur li jkun qed jieħu ħsieb it-tqala sabiex tiġi referuta għas-servizzi offruti b’xejn mis-Servizzi tas-Saħħa Mentali ġewwa Mater Dei.
Meta omm tħossha li qed tbati biex tikowpja jew forsi jew tħoss sintomi ta’ depression jew ansjeta huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tal-familja tagħha jew anki l-obstetrician li qed jieħu ħsiebha u dan ikun jista’ jirreferieha ġewwa l-perinatal mental health clinic.
Dan is-suġġett tant delikat ġie diskuss dalgħodu waqt konferenza organizzata mill-ACAMH (ACAM) fejn diversi professjonisti mill-qasam tas-saħħa mentali tat-tfal tkellmu dwar kif tista’ tkompli tingħata l-aħjar kura lil dawk li huwa milquta minn dawn il-problemi kemxejn komuni fis-saħħa mentali tan-nisa.