It-triq tar-rijabilitazzjoni u fejqan tal-Pulizija Simon Schembri se tkun twila ferm u tinvolvi spejjeż kbar. Hekk qal ħabib ta’ Schembri fejn spjega kif bl-approvazzjoni tal-familja tiegħu, infetaħ fond ta’ għajnuna f’żewġ banek lokali għal min irid jgħin.
Il-Kuntistabbli Simon Schembri safa midrub wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 17-il sena. Liema ġuvni nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi 23 akkuża fosthom b’attentat ta’ qtil.
Il-kontijiet lokali li nfetħu f’żewġ banek lokali huma wieħed tal-HSBC u ieħor f’tal-BOV. Wieħed jista’ jibgħat id-donazzjoni tiegħu fuq il-kontijiet billi juża d-dettalji t’hawn isfel.
HSBC BANK
Account Number: MT HBMT 013 285648 050
IBAN Number: MT 39MMEB 44130000000013285648050
BOV BANK
Account Number: 4002530101-6
IBAN Number: MT21 VALL 2201 3000 0000 4002 5301 016
BIC: VALLMTMT