Studenti li jattendu l-Istitut tal-Istudju Turistiċi ħolqu skulturi mill-marġerina wara li ngħataw iċ-ċans li jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom waqt lezzjoni li ngħataw għall-kors tal-Baċċellerat fl-Arti Kulunari.
L-iskulturi nħolqu taħt is-superviżjoni tal-lettur tal-ITS u Alumni, Andrew Farrugia. Il-proċess beda billi nħoloq qafas mill-metall u wara ntuża l-marġerina biex tinbdena l-istruttura.
Kull min jixtieq jara dawn l-istrutturi jista’ billi jżur ir-ristorant li fih jitħarrġu l-istudenti tal-ITS f’San Ġiljan.