Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat id-disa’ program mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Matul il-ġurnata l-Assoċjazzjoni bdiet b’attivita Fun Race għal Muturi Motocross kif ukoll għal karozzi fejn l-għaqda kienet qed tospita il-Van tal-Monster Energy Drink li bħalissa qed jagħmel tour madwar l-Europa.
Matul il-ġurnata rajna 19 il-kompetitur jirreġistra għad-disa’ attività Autocross fejn fil-Klassi Modified rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugoet 106 u Noel Zammit fuq Fiat Punto jiddominaw il-Heats tal-ġurnata u rrnexielhom jakkwistaw 24 punt ta kwalifikazzjoni kull wieħed biex jassiguraw posthom fil-finali Klassi A. Ma’ dawn ikkwalifikaw ukoll Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Joseph Spiteri fuq Opel Corsa.
Mat-tluq tal-Final Klassi A Modified rajna ħrug tajjeb ħafna mis-sewwieqa kollha tant li baqgħu kollha flimkien sal-ewwel kantuniera. Hawn Grech irnexxielu jieħu t-tmun tal-finali segwit min Farrugia u Pisani.
Fil-Finali Klassi B Modified kellna dan ir-riżultat:- Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta rebaħ din il-finali segwit minn Keith Borg u Richard Spiteri, it-tnejn fuq Vauxhall Nova.
Fil-Finali Klassi Standard rajna starting line kompost min Kyle Agius fuq Renault 5, Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, Jerom Peplow fuq Kia Avella, Chris Formosa fuq Ford Fiesta u Deane Farrugia fuq Citroen AX.
It-tiġrija twaqqfet bħala prewkazzjoni minħabba periklu li seta’ kien hemm fil-korsa. It-tiġrija reġgħet bdiet mingħajr Agius minħabba il-karozzi kellha ħsrara mekkanika kif ukoll mingħajr Peplow li ġie sospiż mir-Referee tal-ġurnata.
Farrugia rebaħ din il-klassi segwit min Chircop u Formosa li spiċċa fit-tielet post.
Intant il-Program ta attivitajiet tal-Assoċjazzjoni sa jkompli nhar is-Sibt li ġej 26 ta’ Mejju 2018 bit-tmien tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018.