Ħafna jaħsbu jew jirraġunaw bil-ħsieb li aħjar iżommu problema għalihom milli jiddiskutuha. Bosta drabi dan jiġri minħabba li s-soċjetà Maltija hija żgħira u l-kliem jiġri malajr. Dan iwassal għal biża’ li wieħed jiġi skoprut fil-verità hu min hu.
Imma fl-aħħar mill-aħħar, jekk wieħed jirraġuna ftit bejnu u bejn ruħu, huwa ħafna isbaħ li bniedem ikun irrispettat għal min hu fil-verità. Mhix xi ħaġa faċli għax il-Malti stess jgħidlek biex il-ħwejjeġ maħmuġin taħsilhom id-dar li tfisser li m’għandekx tperreċ kollox dwarek fil-beraħ u li tagħmel ħafna sens, però meta wieħed jitkellem dwar ħsibijiet li jtaqluh u jekk dan il-fatt jista’ jkunlu ta’ ġid, ir-riżultati juru li n-nies tal-madwar japprezzawk iżjed.
Il-mudell li fuqu timxi l-fondazzjoni OASI li tinsab f’Wied Sara f’Għawdex, huwa dak tal-Università ta’ Minnesota fl-Amerka li tibbaża l-prinċipji tagħha fuq it-tnax -il pass. Dawn il-passi jgħoddu għal kwalunkwe persuna mhux bilfors ikun addict jew għadda minn problemi partikolari. Huma passi li jgħinuk tifhem iżjed lilek innfisek u tgħaraf fil-verità x’jagħmlek kuntent.
Wara kollox ejja ngħidu kollox, tista’ tkun miljunarju u ma tkunx kuntent. Iżda tista’ tkun tgħid ħajja sempliċi u tkun sinjur fil-paċi u l-kuntentizza.
Ara t-12-il pass hawn: https://americanaddictioncenters.org/rehab-guide/12-step/