ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-PM f’attivita ta’ Jum L-Ewropa

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas danni lil sewwieq li sofra diżabilità permanenti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Norveġiż mixli fil-Qorti t’Għawdex li pprova joqtol Malti b’arma bil-ponta fil-bidu tax-xahar

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      L-għażla tal-isem tal-Papa l-ġdid

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħafna Taljani offiżi bid-diska tal-Estonja għall-Eurovision ‘Espresso Macchiato

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan teskala b’akkużi ta’ attakki miż-żewġ naħat

      9 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Floriana fit-tielet post b’rebħa kbira fuq Sliema W.

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Floriana fit-tielet post b’rebħa kbira fuq Sliema W.

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-PM f’attivita ta’ Jum L-Ewropa

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas danni lil sewwieq li sofra diżabilità permanenti

      9 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Norveġiż mixli fil-Qorti t’Għawdex li pprova joqtol Malti b’arma bil-ponta fil-bidu tax-xahar

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      L-għażla tal-isem tal-Papa l-ġdid

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ħafna Taljani offiżi bid-diska tal-Estonja għall-Eurovision ‘Espresso Macchiato

      9 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan teskala b’akkużi ta’ attakki miż-żewġ naħat

      9 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Floriana fit-tielet post b’rebħa kbira fuq Sliema W.

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Floriana fit-tielet post b’rebħa kbira fuq Sliema W.

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Naxxar L. salvi u Melita relegati

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

      9 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa…

      9 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Aġġornat 21: Il-biċċa ta’ fuq tħalliet miftuħa biex il-blast jitla’ ‘l fuq

minn ONE News 22 ta' Mejju 2018
minn ONE News 22 ta' Mejju 2018

Fid-disgħa ta’ dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tliet akkużati mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia: l-aħwa Alfred u George Degiorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż, u Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu.

Fis-seduta ta’ dalgħodu mistennija jibdew jixhdu l-esperti barranin; fosthom “Post-Blast Expert” tal-Europol u espert tas-“Cellular Data” mill-FBI.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra mill-iskwadra tal-omiċidji.

L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Alfred Degiorgio, Dr. Josette Sultana għal George Degiorgio u Dr. Martin Fenech għal Vince Muscat.

9:25: Is-seduta li kellha tibda fid-9.00am għada ma’ bdietx, hekk kif kien ftit tal-minuti ilu li nfetħet Awla numru 7, fejn qed tinstema’ l-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bħalissa hawn il-familjari flimkien mal-ġurnalisti u l-avukati difensuri.

9:30: Minn informazzjoni li għandu ONE News, il-Kumpilazzjoni tax-xhieda għadha ma’ bdietx għall-fatt, li l-Qorti tal-Maġistrati qed tistenna d-deċizjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili Sede Kostituzzjonali, preseduta mill-Imħallef Anna Felice, dwar rikors li Alfred Degorgio l-fulu ressaq il-ġimgħa l-oħra fejn talab li kull informazzjoni li nġabret b’ mod elettroniku titneħħa mill-każ. Huwa qal li din l-informazzjoni nġabret taħt liġi tal-Unjoni Ewropeja li ġiet abolixxita.

9:40: It-Talba ta’ Alfred Degorgio tiġi miċħuda u għalhekk ser tkompli l-Kumpilazzjoni tax-Xhieda.

Jidħlu fl-Awla l-avukati li qed jidhur parte civile għall-Familja Caruana Galizia fosthom Dr. Jason Azzopardi u Dr. Therese Comodini Cachia flimkien ma’ Dr. Eve Borg Costanzi u r-raġel tal-vittma Peter Caruana Galizia.

Jiħdlu wkoll l-avukati difensuri Dr. William Cuschieri, Dr. Martin Fenech u Dr. Martha Mifsud.

9:45: Ġaladarba l-kumpilazzjoni ser tkompli, daħlu fl-awla tal-Qorti tal-Maġistrati fejn qed tinstema’ l-kumpilazzjoni l-esperti barranin li mistennija jixhdu fis-seduta tal-lum.

9:50: Jiddaħlu fl-Awla it-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia eskortati mill-uffiċjali tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

9:55:  Dr. Martin Fenech beda joġġezzjona għall-fatt lill-Avukat Parte Civile Dr. Jason Azzopardi qal fil-parlament lill-akkużati kienu jafu li dawn ser jiġu arrestati. Huwa qal kif mhux sew li Dr. Jason Azzopardi uża l-privileġġ Parlamentari sabiex jiddiskuti dan il-każ, u aktar minn hekk ħadt ma’ jista jkellmu għal dan. Huwa sostna kif dan il-każ ma’ għandux jinbidel f’ ballun politiku.

Il-qiegħa fl-awla tisħon bejn Dr. Martin Fenech u Dr. Jason Azzopardi bil-maġistrat ikollha tintervjeni u twaqqaf lil Dr. Jason Azzopardi. Dr. Martin Fenech qal kif dak li għamel Dr. Jason Azzopardi jista’ b’ xi mod jinfluwenza l-qorti. Il-Maġistrat wieġbet lil Dr. Martin Fenech li ma’ tistax tirribati għal xi ħaġa f’ dan il-każ id-diskors ta’ Jason Azzopardi għax ma għandhiex poter fuq dak li jintqal fil-parlament.

Iżda Dr. Martin Fenech xorta waħda talab b’ mod uffiċjali lill-Qorti sabiex toffri rimedju għad-diskors ta’ Jaspon Azzopardi talli uża l-privileġġ parlamentari. Dr. Jason Azzopardi wieġeb billi qal li fid-diskors tiegħu enfassiza fuq il-fatt lill-akkużati huma preżunti innoċenti għal tliet dariet. Huwa qal ukoll lid-diskors kien wieħed politiku u mhux legali u għandu dritt jagħmel dan.

10:00: Dr. William Cuschieri li qed jidher għal Alfred Degorgio qal lill-klijent tiegħu għamel żewġ talbiet li eventwalment ġew miċħuda bejn il-bieraħ u dalgħodu. Għalhekk Dr. Cuschieri qed jitlob li xorta waħda ma’ tinstemmax ix-xhieda tal-FBI, ġaladarba Degorgio ser jappella għal dawn iż-żewġ sentenzi . Dawn iż-żewġ digrieti ingħataw mill-Imħallfin Lorraine Schembri u Anna Felice. Ingħad li ser jappella minn dawn is-sentenzi skond il-liġi kostituzzjonali.

10:10: Dr. Cuschieri talab lill-maġistrat Stafrace Zammit biex ġa la darba jinqataw dawn iż-żewġ sentenzi, iżda jekk jerġgħu jiġu miċħuda sabiex din tismagħhom.

Dr. Philip Galea Farrugia mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, qal kif id-data tal-lum ilha fissa xahrejn biex tinstema x-xhieda barranija, u għalhekk ma’ kienx hemm għalfejn li propju r-rikors jitressaq ftit jiem qabel, sabiex il-maġistrat ma’ tismax ix-xhieda tal-FBI.

10:15: Dr. Philip Galea Farrugia għamel talba uffiċjali sabiex il-Qorti tibda tisma x-xhieda tal-aġent tal-FBI preżenti hawn fl-Awla, dan għal fatt li xogħol il-Qorti tal-Maġistrati hu biss li tiġbor il-provi.

Min-naħa tiegħu Dr. Azzopardi għal Parte Civile qal kif din is-seduta ilha appuntata, u għalhekk Alfred Degorgio qed jabbuża mill-proċess , u hawn anke kwota lill-Qorti fejn kienet qalet li t-talba hi frivola u bbażata fuq argument imġebbed.

10:20: Dr. Therese Comodini Cachia li qed tidher ukoll Parte Civile, qalet lill-Qorti trid tara l-preġudizzju li dan id-dewmien jista joħloq fil-proċeduri. Hija qalet ukoll kif dan huwa każ eċċezjonali.

Kompliet tgħid kif kwalunkwe dewmien jaffetwa wkoll iż-żewġ imputati l-oħra, hija qalet li din hij t-tielet darba li qed issir l-istess talba biex ma jixhdux l-aġenti tal-FBI.

10:30: Dr. William Cuschieri għal Alfred Degorgio qal li huwa għamel talba għal dritt li huwa għandu bħal kull ċittadin, li jappella minn deċizjoni .

Sadanittant wieħed mill-uffiċjlali tal-‘Ispecial Response Team’ kellhu jgħid lill-Avukat Andrew Borg Cardona sabiex iwarrab min-nofs hekk kif dan ma’ kienx qed iħalli l-akkużati jaraw x’ inhu jiġri quddiemhom.

Intant, l-Avukat Cuschieri qal kif qed jiridibatti wkoll il-fatt lill-Qorti qalet li l-aġir tal-akkużat qed iwassal għad-dewmien.

10:35: Il-Maġistrat issospendiet s-seduta biex tiddeċiedi fuq talba tal-Avukat Cuschieri – biex ma’ jixhidx l-aġent tal-FBI li hu mifhum li ser jitkellem dwar informazzjoni ċellulari. Hija ma tat l-ebda ħin dwar fi x’ ħin ser tkompli s-seduta.

11:50: Tidħol il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex taqra d-digriet tagħha.

Fid-deċizjoni tagħha l-Qorti qalet li se tkompli tisma’ x-xhieda tal-FBI u ddikjarat lit-talba hi frivola u vestatorja.

11:55: Dr. William Cuschieri għal Alfred Degorgio oġġezzjona għal din id-deċizjoni. Id-difiża kollha qablet ma’ Dr. William Cushieri .

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia qal li dak li qal Dr. William Cuschieri m’huwiex legalment sostennibli u dan jasal għal disprezz f’ wiċċ il-qorti.

12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne u William Schute.

Fejn preżentaw għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.

Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.

Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.

12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne  u William Schute.

Fejn preżentaq għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.

Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.

Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.

12:15: L-aġenti qalu li kienu nfurmati fis-16 ta’ Ottubru u waslu f’ pajjiżna fit-18 ta’ Ottubru fejn mall-Ispettur Keith Arnaud huma maru fuq il-post sabiex jifhmu aħjar l-ambjent tax-xena tar-reat.

Huma komplew jgħidu iltaqaw mal-‘providers’ tat-teleffonija,u kif ukoll anallizaw ic-‘cell towers’ kollha tal-madwar.

Huma spejgaw li nvestigaw ic-cell towers kollha u qalu li talbu għal kull linja ta’ telefonija li b’ xi mod kienu mqabbda mac-cell tower qabel u wara d-delitt.

Kien hemm 53 device differenti mqabbdin ma’ dan ic-cell tower li kienu qed jintużaw nhar is-16 ta’ Ottubru  bejn is-2:58pm u 15:03pm tal-linja Vodafone.

Minn dawn it-53 device ġie stabilit li kien hemm wieħed li qatt ma’ kien intuża wara l-ħin li splodiet il-bomba – dan hu 99683752.

Ix-xhieda qalu kif talbu għal ‘call profile’ ta’ dan in-numru fejn ġie stabilit li dan intuża darbtejn qabel id-delitt fl-10 ta’ Jannar 2017 u nhar l-21 ta’ Awissu. Dak in-nhar tas-16 ta’ Ottubru dan in-numru rċeva messaġġ fuqhu min-numru 99684366 fit-2:58pm. Wara dak il-ħin dawn iż-żewġ linji ma’ reġawx intużaw.

Ix-xhieda kkonfermaw dak li kien qal l-Ispettur Keith Arnaud fix-xhieda tiegħu li fis-1:41am tas-16 ta’ Ottubru  in-numru 99683752 baqa’ mixgħewl say-2:58pm fil-post fejn kienet toqgħod il-vittma fil-Bidnija.

12:30pm: Sar ukoll decoding tal-messaġġ qattiel mill-kumpanija Vodafone, bejn iż-żewġ linji tal-mobiles. Huma qalu kif kien jaqra   #REL1=ON

12:35: L-Esperti tal-FBI komplew jgħidu kif nhar l-10 ta’ Jannar 2017 kien hemm attivita’ bejn iż-żewġ sim cards, liema attivita’ reġgħet saret nhar il-21 ta’ Awissu.

Huma qalu kif wara li ġie stabilit iż-żewġ numri prinċipali, kien hemm il-proċess sabiex jiġu stabilita iżjed mobiles. Dan wara liż-żewġ numri prinċipali kienu wieħed fil-Bidnija u l-ieħor mal-YMCA tower jiġifieri fl-inħawi ta’ taħt il-qanpiena fil-Port il-Kbir.

Huma komplew kif il-mobile kien b’ mod konsistenti dejjem fuq il-baħar dak in-nhar tad-delitt, u l-ieħor fil-Bidnija, l-aġenti qalu li kienu jemmnu li dejjem kien hemm xi ‘device’ ieħor li kien involut.

Intqal kif kien hemm telefonata bejn in-numri  99088820 u 99088824 fit-2:57pm u din it-telefonata damet 107 sekondi, li hu mifhum li din kienet it-teleofnata bejn George ċ-Ċiniz fuq il-baħar u Fredu l-Fulu fil-Bidnija.

Dawn iż-żewġ numri kkommunikaw biss bejniethom u man-numru 99088823.

13:00: L-aġenti tal-FBI qalu li mill-informazzjoni kollha li ġabru kkonkludew li b’ din l-infrastruttura kollha splodiet il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Wara d-detonazzjoni tal-bomba in-numru 99088823 ma’ ntużax iżjed wara t-3:08pm  ta’ dak in-nhar tad-delitt.

Huma komplew jgħidu kif analizzaw diversi torrijiet differenti sabiex waslu għall-konkluzjoni.

13:15: Ġie stabbilit ukoll li n-numru 99623741 kien ukoll ta’ Goerge Degorgio, hekk kif sa issa hu mifhum ċ-Ċiniż kellhu 3 mobiles meta huwa kien fuq id-dgħajsa. Fil-fatt ix-xhieda qalu kif mill-analiżi li saret George Degorgio qatta’ s-siegħat ta’ qabel id-delitt tiela’ u niżel mal-kosta b’ mod konsistenti flimkien man-numru li bgħatt il-messaġġ qattiel min-numru 99684366, u rriżulta wkoll li Degorgio kien qed iżomm il-mobile 99088824 miegħu fuq il-baħar.

13:20: L-aġenti qalu kif għamlu mappa tal-mobile ċellulari.

F’ sommarju ta’ rapport twil li huma għamlu, ikkonkludew li n-numru 99683752 kien ikkonettjat mad-device li sploda l-bomba, u bbażata fuq il-ħin u l-kontenut huma jemmnu li n-numru 99684366 bgħatt il-messaġġ qattiel.

Huma jemmnu wkoll li n-numru 99088820 serva bħala ‘look out’ fil-bidnija u ċempel lil 99088824 sabiex eventwalment jaffetwa d-denotazzjoni tal-bomba .

Ikkonkludew ukoll li n-numri 99088820, 99088824 u 99088823 ħadmu flimkien sabiex ikunu jistgħu jisplodu l-bomba. Huma jemmnu wkoll li 99684366 u 99088824 kienu flimkien dak in-nhar tad-delitt fuq il-baħar. Qalu wkoll li jemmnu li n-numru 99623741 hu ta’ George Degorgio kien ukoll lokalizzat man-numri 99684366 u 99088824

L-aġenti tal-FBI temmew ix-xhieda tagħhom, u ma’ sarx kontro eżami mid-diviża.

13:35: Fuq il-pedana tax-xhieda issa tela’ Mario Cmarec mil-Counter Terrorism Section tal-EUROPOL.

Huwa qal kif kien imsejjaħ mill-Awtoritajiet Maltin  u attenda għal-laqgħa nhar l-14 ta’ Novembru f’ pajjiżna mall-istess awtoritajiet fil-Qorti.

Huwa qal lill-professjoni tiegħu hi ta’ uffiċjal tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 24 sena iżda fl-aħħar snin speċjaliżża fl-isplussiv.

Huwa kellhu jagħmel ‘Post-Blast Investigation’ fuq il-vettura, u janalizza wkoll affarijiet oħra miġbura minn fuq ix-xena tar-reat. Huwa qal li ma kienx involut direttament fuq l-investigazzjoni fuq ix-xena tar-reat, u ġie ngaġġat kważi xahar wara l-inċident.

Huwa qal kif il-EUROPOL għamlet investigazzjoni ta’ dak kollhu miġbur u konservat mill-investigaturi fil-jiem ta’ wara d-delitt.

Fosthom ġew analizzati wkoll kull ‘device’ li kien hemm fil-vetturi fosthom biex jidetterimnaw in-natura tal-inċident u għall-analiżi tal-forensika.

Wara dan ħolqu tim ta’ investigaturi li kien jikkonsisti minnu, żewġ uffiċjali tal-Pulizija mill-Forensika, żewġ uffiċjali tal-Explosive Ordinance tal-AFM.

Huwa qal kif huma bdew mill-eżaminazzjoni tal-vettura li kienet ġo St. Andrews Compound f’ Pembroke u kienet ippriservata minn kif kienet miġbura mix-xena tar-reat, fejn l-eżaminazzjoni fuq l-istess vettura ħadet tlett ijiem.

Il-karateristikka ewlenija tal-vettura, kienet li kellha ħafna ħruq bil-konsegwenza li parti kbira mill-evidenza kienet distrutta.

Esebiti oħra miġbura mix-xena kienu iżjed ikkundizzjonati mill-karozza u setgħu jiġu analizzati b’ mod aħjar.

Qal li l-ewwel investigazzjonijiet kienu biex jistabilixxu x’ tip ta’ bomba u splussiv intuża. Huma eskludew li din kienet ‘fuel air explosion’ li permezz tiegħu setgħet kienet qed iġorr xi likwidu jew gas li seta’ sploda waqt li kienet qed iġorra.

Il-konklużjonijiet tal-EUROPOL qalu li l-ispluzzjoni saret fil-karozza; preċizament kienet taħt is-seat tad-driver u għandna l-lokazzjoni preċiża tal-explosive charge, u huwa ċarrissimu li dan tpoġġa fil-vettura.

Dwar it-tip tal-isplużjoni hemm il-konklużjoni li dwar id-danni, lill-isplussiv kien ‘High Explosive’ u li din l-ispluzzjoni kienet kapaċi biex toħloq ‘Blast Shockwave’ u ‘High-Blast Pressure’ mal-madwar.

13:50: L-espert qal li l-isplussiv seta’ kkawża ħsarat fil-madwar. Huwa kkonkluda li dan kien splussiv militari bhat-TNT. Huwa qal kif intuzaw bejn 300 u 400 gramma ta’ splissiv.

Il-EUROPOL ikkonkludiet li l-bomba kienet immirrata biex toqtol lill-persuna jew inkella tagħmillu ġrieħħi gravi. Dan għaliex il-mewt tal-persuna huwa suġġett għall-pozizzjoni tal-persuna dak il-ħin tal-vettura. Madankollu huwa kkonkluda li f’ dan il-każ, kollox kien intiż għal probabilita ta’ 100% mewt.

L-effetti prinċipali ġew mill-fatt ta’ ‘Blast Ovr Pressure’ aktar mit-tifrik. Huwa qal kif kieku kien hemm passiġiera oħra fil-karozza kien ikunu suġġetti għal ġrieħi differenti; 50% ta’ ċans ta’ mewt għal minn kien ikun bilqiegħda fuq wara tal-karozza u minn kien ħdejn il-vettura.

14:05: L-espert tal-Europol qal li kienet imdawra minn pjanċa tal-ħadid, iżda l-biċċa ta’ fuq tħalliet miftuħa sabiex il-‘blast’ titla’ l-fuq.

14:10: L-espert qal kif fil-partijiet tal-ġisem tal-vittma nstab ammont ta’ frak tal-ħaddid ikkawżati minn din il-kaxxa.

Huwa qal li mal-bomba kien hemm apparat ieħor li għin fl-ispluzzjoni, fejn fuq il-bomba kien hemm miktub l-kliem ARD.

Kompla jgħid kif ma’ setgħux jelevaw  il-partijiet kollha tal-bomba minħabba l-ħsarat estensivi, u qal kif kien hemm similiratijiet bejn dan il-każ u każi oħra ta’ bomba, iżda qal li mill-fdalijiet li ġew elevati minn fuq il-post ġie stabbilit lill-bomba kienet ‘improvises explosive device’, u li kienet magħmula apposta għal dan il-każ.

Qal lill-aktar punt interessanti dwar is-sistema ta’ attivazzjoni  hija kif din keinet mibnija minn GSM Module, bħal electronic circuit board b’ kompartament biex tidħol is-‘sim card’ fih.

14:34: Il-EUROPOL ikkonkludiet li dan kien attakk bomba intenzjonali u eskludiet li din setgħet kienet suwiċidju jew inċidentali, hija kkonkludiet lill-mira prinċipali tal-qattiel kienet li joqtol lill-vittma.

14:40: Temm ix-xhieda tiegħu Mario Cmarec l-espert tal-EUROPOL bil-kumpilazzjoni tiġi defirita għall-14 ta’ Ġunju.

 

TAGS 2018Ċiniżclaire stafrace zammitdcgesperti barraninfbifuluGvernkohhumejjuQorti
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Floriana fit-tielet post b’rebħa kbira fuq Sliema W.

    9 ta' Mejju 2025
  • Naxxar L. salvi u Melita relegati

    9 ta' Mejju 2025
  • Patrijiet Agostinjani jirrakkontaw il-ħbiberija tagħhom mal-Papa l-ġdid Ljun XIV

    9 ta' Mejju 2025
  • Jgħidilna li ħiet l-ilbies għal Papiet Ġwanni Pawlu, Benedittu, Franġisku u issa Ljun XIV  

    9 ta' Mejju 2025
  • Birkirkara jew Ħamrun? … F’liema lokalità sejjer l-ogħla titlu tal-futbol Malti

    9 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept