F’messaġġ fuq Facebook il-Korp tal-Pulizija rringrazzja lil kull min wera xi forma ta’ appoġġ matul dawn l-aħħar jiem permezz ta’ telefonati, messaġġi u kif ukoll xi forma ta’ kitba.
Spjegaw kif kienet ġimgħa iebsa iżda li l-ħidma tkompli biex ikomplu jippromwovu s-sigurtà fit-toroq tal-pajjiż.
Filwaqt li xtaqu l-jum it-tajjeb lil kulħadd, talbu biex iżommu lill-kollega tagħhom, il-Kuntistabbli Simon Schembri fit-talb tagħhom.
Dan hekk kif fil-jiem li għaddew il-Pulizija Schembri safa mtajjar minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 17-il sena, liema żagħżugħ tressaq il-Qorti bi 23 akkuża fosthom b’attentat ta’ qtil.
Il-messaġġ tagħhom temm billi qalu li “waħedna b’saħħitna, iżda bl-appoġġ tagħkom inkunu aktar b’saħħitna.”