Wara ħidma kbira li twettqet fl-aħħar xhur, il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla se jinawgura l-proġett tax-shooting range f’Ta’ Kandja.
Wegħda elettorali li tlestiet f’qasir żmien, u saret b’investiment ta’ madwar għaxar miljun ewro.
Din il-faċilità sportiva ta’ livell internazzonali se tkun qed tospita wkoll it-Tazza tad-Dinja tal-isparar, f’Ġunju ġej.