Se tkun qed tiġi mwaqqfa Awtorità ġdida li se jkollha l-funzjoni li tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni.
Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg fejn qal li talab lis-Sur Carlo Mifsud biex bl-istess impenn u professjonalità li dejjem wera, jieħu f’idejh l-koordinament ta’ din l-Awtorità fis-settur tal-kostruzzjoni, liema industrija dejjem qed tikber u għaldaqstant tirrikjedi regolatur waħdieni. Dan sabiex jiġbor fi ħdanu l-funzjonijiet kollha tal-BICC (Building Industry Consultative Council), BRO (Building Regulations Office), BRB (Building Regulations Board) u l-Bord tal-Bennejja.
Borg spjega kif din kienet waħda mill-wegħdiet elettorali li dan il-Gvern huwa kommess li jwettaq.
Sostna li kien għalekk li aċċetta wkoll ir-riżenja mressqa minnu minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet. L-Aworita tal-Artijiet se tkun qed tibqa’ għaddejja bil-funzjonijiet tagħha sakemm toħroġ is-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv u jiġi eżawrit il-proċess ta’ ħatra.