Hekk kif tul dawn l-aħħar xhur ġew introdotti roundabouts ġodda bi tliet korsiji, Transport Malta ħareġ filmat fuq il-midja soċjali biex juri lix-xufiera kif għandhom jagħmlu użu minnom.
Filfatt, fil-filmat iġib eżempju bir-roundabout il-ġdida li hemm f’Ħal Qormi, liema roundabout tħejjilek it-triq biex tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħal Luqa jew il-Belt Valletta.
Il-filmat jurik kif għandek tagħmel użu minn din ir-roundabout, biex kif tiddeċiedi liema direzzjoni int sejjer teqleb fuq il-korsija adekwata.