Stephen James Falzon ta’ tnejn u erbgħin sena minn Ħal Balzan, ingħata sentenza ta’ tmien snin ħabs wara li wettaq tliet serqiet bl-armi.
Ir-raġel li huwa mingħajr impjieg wettaq dawn is-serqiet fuq perjodu ta’ ġimgħatejn; u saru minn spizerija, bar u ħanut.
Huwa ammetta l-akkuzi fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tatu sentenza ta’ tmien snin priġunerija u multa ta’ mija u sittax-il ewro. Il-qorti ordnatlu wkoll biex iħallas sitt elf ewro fi spejjez.
Fis-servizz li jmiss se nsegwu aktar aħbarijiet mill-qorti.