Hekk kif il-pajjiż għadu maħsud bl-attentat ta’ qtil fuq il-Kuntistabbli tal-Pulizija tas-sezzjoni tat-traffiku, persuni fuq is-sit soċjali ta’ Facebook dehru jiżufjettaw bl-inċident fejn saħansitra kien hemm min iżufjetta bil-mod kif il-Pulizija tħalla mitluq taħt bankina.
Intant, b’reazzjoni għal dan, waħda mill-persuni involuti kkumentat ma one.com.mt u qalet li ma kienx l-għan tagħha li tiddieħak bil-Pulizija iżda sostniet li xtaqet li tiżdied aktar il-kuxjenza dwar ir-rispett reċiproku bejn il-Pulizija u l-kumplament tas-soċjetà.
http://www.one.com.mt/2018/05/15/filmat-ara-l-mument-ezatt-li-x-xufier-itajjar-lill-pulizija-u-jahrab-minn-fuq-il-post/
Intant b’reazzjoni għall-inċident, iż-żewġ unions li jirrappreżenaw lill-Pulzija sostnew li fis-soċjetà Maltija qed jinħass sew in-nuqqas ta’ rispett u saħansitra mibegħda għall-Pulizija.
Il-President tal-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri sostna li dan l-inċident huwa riflessjoni tal-attitudni ta’ mibegħda li l-Pulizija jħabbtu wiċċhom magħha fit-toroq Maltin.
Fi stqarrija separata, il-MPA qalet li dak li seħħ dalgħodu huwa riflessjoni ta’ soċjetà nieqsa minn kull dixxiplina u rispett lejn l-awtoritajiet.