Fl-2015 l-ammont ta’ persuni Maltin attivi ekonomikament f’pajjiżna kien 71.3%.
L-ammont ta’ barranin attivi ekonomikament f’Malta kien 69.8%.
L-Eurostat preżentat dawn iċ-ċifri, u b’persuni attivi ekonomikament fissret dawk li għandhom 20 sena u fuqhom u li huma jew impjegati jew inkella qed ifittxu mpjieg.
Fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, l-ammont ta’ persuni attivi ekonomikament u mill-pajjiż innifsu kien ogħla mill-barranin attivi fl-istess pajjiż. Dan minbarra l-Greċja, Slovenia, Slovakia, l-Italja, Spanja, Ċipru, il-Portugal, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija.
Malta tiġi eżatt warajhom, u allura tagħmilha bi ftit punti biss mal-pajjiżi li għandhom aktar Maltin attivi ekonomikament milli barranin.
Fost dawk f’Malta li ġejjin minn pajjiż Ewropew, 70.8% huma ekonomikament attivi, filwaqt li 69% minn dawk li ġejjin minn pajjiżi mhux Ewropej huma attivi ekonomikament.