Tressaq il-qorti l-ġuvni mill-Afrika t’Isfel li espona ruħu b’mod indiċenti fi Pjazza Tritoni l-Belt Valletta fejn ngħata sentenza sospiża kif ukoll multa wara li nstab ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tad-21:30.
Kean Maske mwieled l-Afrika t’Isfel u residenti fuq il-basitiment Mirage ġie akkuzat li offenda l-pudur jew il-morali f’post pubbliku, li neża għarwien u li kiser il-paċi pubblika.
L-avukat difensur tal-akkużat qal li Maske kienu ilu biss sigħat f’Malta u li ma kellu ebda idea dwar is-sinjifikat li għandha l-Funtana tat-Tritoni u li huwa neża’ għarwien għall-fatt li kien qed jagħmel imħatra ma’ sħabu. (DARE)