Adrian Delia temm Kunsill Ġenerali li kien xhieda oħra ta’ partit maqsum li ma jafx fejn hu sejjer aħseb u ara kemm jista’ jgħid fejn se jieħu l-pajjiż.
Fuq kollox dan hu partit maqsum li jrid ineħħi t-tama ta’ mijiet ta’ persuni li jridu jsiru ġenituri. Id-diskors ta’ Delia dwar dawn il-persuni hu wieħed falz għax fil-verità mhux lest li jgħinhom.
F’diskors bla ebda viżjoni l-inqas ħaġa li seta’ jagħmel Adrian Delia kienet li jirrikonoxxi li hemm bżonn bidliet fil-liġi tal-IVF biex iktar persuni jkunu jistgħu jsiru ġenituri. Iżda, Delia m’għandux il-kuraġġ li jbiddel.
Għalhekk huwa biss il-Partit Laburista li jista’ jibni Malta ta’ Għada, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.