Lejliet il-finali tal-Eurovision Song Contest 2018, fiċ-ċentru għall-ġurnalisti li qed jirrapurtaw dan il-festival tfaċċa l-kantant prinċipali tal-grupp Lordi.
Lordi kienu rebħu l-Eurovision Song Contest 2006 b’kanzunetta verament differenti għal kollox minn dak li s-soltu naraw fil-Eurovision.
F’intervista esklussiva li ta l-Lordi lil ONE News, tkellem dwar appell imqanqal lil min se jgħolli t-trofew għada.
Lordi kien biswit ir-rappreżentanta Fillandiża Saara Aalto li l-kanzunetta tagħha jisimha Monsters.