Ir-residenti tal-qrendi Ħaż-Żebbug u s-Siġġiewi se jkollhom provista tal-ilma aħjar, sostenibbli u kontinwa.
Dan b’investiment li tħabbar dalgħodu mill-Ministru ghall-energija u l-ilma Joe Mizzi.
Residenti minn dawn il-lokalitajiet kienu jieħdu l-ilma b’mod dirett mill-borehole.
B’dan l-investiment, flok jieħdu mill-borehole se jsiru mejnijiet sabiex mill-borehole, l-ilma jmur għall-ġibjun fil-Qrendi u jitħallat mal-ilma tar-reverse osmosis.
Dan il-proġett huwa parti min-numru ta’ proġetti oħra li qegħdin isiru b’investiment ta’ 100 miljun ewro ta’ fondi Ewropej.