Il-kandidat tal-partit Nazzjonalista Ivan Bartolo ħabbar li se jtemm il-karriera politika tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.
Is-Sur Bartolo kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba f’Ġunju tas-sena li għaddiet u kien qed jikkunsidra li jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-partit.
F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, is-Sur Bartolo qal li wara ħafna kunsiderazzjonijiet, ħsieb u kontemplazzjoni, wasal għal konklużjoni li ma jridx jibqa’ aktar fil-politika. Qal li hemm bosta raġunijiet għal dan iżda stqarr li dan mhux importanti.
Huwa żied iħabbar li fi żmien ħmistax se jkun qed iħassar il-paġna tiegħu fuq Facebook.
F’Novembru li għadda, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien ħabbar li Ivan Batolo kien se jkun respsabbli minn Business Development fil-Partit Nazzjonalista. Dan biex skont Delia, il-paritt ikun jista’ jiżviluppa lilu nnifsu bħala partit li jħares ‘il quddiem b’viżjoni u professjonalità.