Tarxiniż ta’ 24 sena nżamm taħt arrest preventiv wara li l-Ħadd tressaq il-Qorti mixli b’16-il serqa u attentati oħra ta’ serq fuq anzjani.
Fil-Qorti ntqal li Wayne Camilleri allegatament wettaq dawn ir-reati f’dawn l-aħħar tlett xhur fejn fost l-oħrajn intqal li seraq anzjani residenti fil-Ħamrun, il-Marsa, il-Pietà u Santa Venera.
Minkejja li ċaħad dawn l-akkużi, Camilleri anki ġie akkużat li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u li huwa reċediv.