Fi ftit sigħat seħħew żewġ inċidenti fl-istessa akkwata fil-Mosta fejn għall-ħabta tas-1.20pm inqalbet karozza tal-għamla Fiat Panda u għall-ħabta tas-2.10pm seħħ it-tieni inċident fejn inqalbet Mazda Demio fi Triq id-Difiża Ċivili.
Fil-karozza Fiat Panda kien hemm raġel ta’ 65 sena minn Ħad-Dingli li safa maqbud fil-karozza u nħeles bil-għajnuna ta’ membri tal-protezzjoni ċivili. Hu ġie assistiet minn mediċi fuq il-post.
Fit-tieni inċident tfajla ta’ 25 sena mill-Mosta stess ittieħdet l-isptar Mater Dei wara li ħasset uġiegħ. Din kienet involuta f’inċident ma’ mara oħra ta’ 48 sena mill-Imġarr.