Il-President tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un iltaqa’ mal-President taċ-Ċina Xi Jinping. F’din il-laqgħa ġew diskussi kwistjonijiet bilaterali fejn il-President Ċiniż iddikjara li jaqbel mat-taħditiet li kienu qed isiru bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti. Din hija t-tieni laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet f’inqas minn xahrejn hekk kif f’Marzu li għadda kienet saret laqgħa sigrieta bejn it-tnejn f’Beijing.
Intant, din il-laqgħa saret fl-istess xahar li kap tal-Korea ta’ Fuq huwa mistenni li jkolli laqgħat mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Permezz ta’ tweet, il-President Donald Trump ikkonferma li aktar tard illum huwa ħa jkun qed jitkellem mas-Sur XI dwar kummerċ u l-kwistjoni tal-Korea ta’ Fuq fejn qed tkompli tiżdid il-fiduċja.
Minkejja li hemm summit ppjanat bejn Trump u Kim, l-ebda data għadha ma ġiet imħabbra.