Persuna tista’ tgħoddha b’waħda wara li nqalbet bil-vettura tagħha fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta.
Dan ġara għall-ħabta tas-2.10pm.
Issejħu membri tal-protezzjoni ċivili biex jagħtu l-assistenza tagħhom fuq il-post.
Jidher li l-persuna sofriet ġrieħi ħfief.
Aktar dettalji malli jaslulna.