Matul il-lejl li għadda, fi stabbiliment tad-divertiment fiċ-ċentru tal-kapitali Portugiża, Lisbona, Christabelle kompliet tippromwovi l-kanzunetta ta’ Malta, Taboo.
Waqt party organizzat mill-ambaxxata Iżraeljana ġewwa Lisbona, Christabelle kienet fost diversi kantanti li interpretat il-kanzunetta tagħha.
Hija ntlaqgħet tajjeb ħafna u kif jidher fil-filmat hawn taħt, bosta ammiraturi u ġurnalisti li jinsabu preżenti għall-Eurovision Song Contest 2018, komplew mal-ambaxxatriċi Maltija waqt l-interpretazzjoni tal-kanzunetta Taboo.
Ara lil Christabelle tkanta waqt il-party tal-Iżrael.
Sadanittant, il-kantanta Maltija l-oħra Jessika li qed tirrapreżenta lil San Marino wkoll kantat il-kanzunetta tagħha.
Ara lil Jessika waqt il-party tal-Iżrael.
Netta, l-artista li qed tirrapreżenta lill-Iżrael u skont id-djar tal-imħatri bħalissa għadha l-aktar favorita li nhar is-Sibt tgħolli t-trofew (għalkemm jidher li pajjiżi oħra daħlu fit-taqtiegħa biex jirbħu l-Eurovision), kantat il-kanzunetta Toy.
Ara lil Netta waqt il-party tal-Iżrael.