Eluf ta’ persuni evakwaw djarhom wara li seħħew numru ta’ terremoti qawwija fil-gżira kbira tal-Hawaii, jum biss wara li żbroffa l-vulkan ta’ Kilauea.
Wieħed mit-terremoti b’ qawwa ta’ sitta punt disgħa, kien l-aktar wieħed b’saħħtu li laqat l-istat fl-aħħar tlieta u erbgħin sena.
L-ebda persuni midruba jew mwiet ma kienu rrapurtati iżda l-gvernatur tal-Hawaii appella għal għajnuna urġenti.