Eks impjegat mal-ministeru tas-saħħa kien akkużat li xxaħħam b’sitt mitt ewro biex imexxi pazjent l-isptar.
John Baptist Bilocca, ta’ 62 sena mill-Gudja wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh.
Il-pulizija bdew bl-invstigazzjoni tagħhom wara talba mill-ministeru għas-saħħa.
Bilocca jaħdem ukoll bħala uffiċjal ma’ Transport Malta li b’reazzjoni għal dan u fid-dawl tal-ftehim kollettiv, l-impjegat se jiġi sospiż b’effett immedjat.
Fi stqarrija ntqal b’mod ċar li l-każ allegat m’għandu x’jaqsam xejn mad-dmirijiet tiegħu fi ħdan Transport Malta.
Il-Maġistrat tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat iżda ordnatlu biex ma jersaqx lejn ix-xhieda u ma jmurx f’lokalitajiet fejn joqgħodu, la lejn residenzi tal-anzjani u lanqas lejn l-isptar Mater Dei.