Illum daħal għall-ewwel darba f’ pajjiżna l-Mein Schiff 6 li ser jibda jidħol f’pajjiżna darba fil-ġimgħa u li permezz tiegħu se jibdew jiġu aktar turisti bl-ajru sabiex jaqbdu dan il-vapur minn Malta.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal kif huwa previst li permezz ta’ dak li hu msejjaħ home porting se jiżdiedu 50,000 turist li jiġu f pajjiżna sabiex jaqbdu cruise.
Il-Mein Schiff Sitta jikkonsisti f’956 kabina, tmien restoranti u għaxar bars. Dan il-vapur ser jibda jidħol f’ pajjiżna darba fil-ġimgħa fejn ser jingħaqad mal-Mein Schiff tnejn li diġà jidħol f’ pajjiżna darba oħra fil-ġimgħa.